Jew Dirwix / Dervix

1. Fis-sens Malti, dan l-appellattiv jirriferi għal xi ħadd imħawwad, jew li jagħmel konfużjoni sħiħa. 2. Oriġ. dervex, ġejja mill-Għarbi darwix, u kienet tirriferi għal bniedem spiritwali tar-reliġjon Islamika li jħaddan il-filosofija tas-Sufismu. Id-driewex kienu jgħixu fil-faqar u f’ħajja ta’ kontemplazzjoni. Dawn jissemmew kemm-il darba anki fil-kuntest tal-perijodu tal-Ordni, bħal speċi ta’ imam li kienu jieħdu ħsieb il-bżonnijiet spiritwali ta’ l-ilsiera Musulmani. Fi żmien aktar riċenti, id-derwix jidher mod ieħor – din id-darba fil-ħajja tal-ispettaklu, liebes geżwira li ddur miegħu, hu u jiżfen qisu żugraga għal ħin twil. Dervish. Pers. Darvex – M. wieħed fqir.