JEW DENI BIERED   Il-marda magħrufa bħala d-Deni Rqiq taffettwa l-milsa b’mod li tiffjamaha u tikkawża uġigħ fiha u fl-għadam,  u l-marid jinħakem b’deni kontinwu u baxx (irqiq). Meta fil-bidu tas-seklu dsatax f’Malta bdew jaslu s-suldati Ingliżi, xi wħud minnhom bdew jimirdu b’marda misterjuża.L-Ingliżi taw diversi ismijiet għal din il-marda, eż., Undulant Fever, Mediterranean Fever, u Malta Fever. Meta fl-1886, t-tabib David Bruce skopra l-mikrobu fil-bniedem, dan il-mikrobu beda jissejjah brucella wara ismu, u l-marda Brucellosis.  Sadattant kien għadu mhux magħruf minn fejn kien ġej dan il-mikrobu. Xi wħud kienu jemmnu li din il-marda kienet ikkawżata mill-ilma mniġġes tad-drenaġġ. Fl-1905, wara riċerka intensiva, Dr. Temi Zammit skopra li l-mikrobu kellu l-oriġini tiegħu fil-ħalib tal-mogħoż. Dak iż-żmien, il-ħalib kien jinbiegħ billi r-ragħajja jieħdu l-merħliet tal-mogħoż tagħhom fl-ibliet u l-irħula, u l-ħalib tal-mogħża jiġi mferra’ fi skutella li l-mara tad-dar kienet tnewlilhom. Għal dan il-għan, sal-ewwel għexieren tas-snin tas-seklu għoxrin, kuljum kienu jiddaħħlu l-Belt daqs 2,000 mogħża. Dak iż-żmien, il-ħalib tal-mogħoż ma kienx jiġi ppastorizzat (mgħolli) u ċ-ċans li l-ħalib jgħaddi l-infezzjoni lill-bniedem kien kbir.  Il-pastorizzazzjoni tal-ħalib saret obbligatorja f’Malta fl-1938. Dan minkejja li Louis Pasteur, fl-1802 kien diġa skopra l-benefiċċji tat-togħlija (pastorizzazzjoni) biex jinqerdu l-mikrobi.

Sir Temi Zammit