(pl. dmiemes) 1.  Qabar antik.  Skont il-leġġendi dan seta’ kien ukoll fossa fejn kienu jindifnu n-nies. Dari kienu jgħidu li x-xjuħ ta’ ċerta età avvanzata kienu jinqaflu fid-demus għall-bqija ta’ ħajjithom sakemm imutu. Qawl: Kien ilbieraħ u kien l-ewliemes, iżda llum hu ġewwa d-dwiemes (pl. ta’ demus). 2. Ħabs (F.V. 1831) Sors: E.S.I. Oriġ. Għ. – demus – M. fossa jew ħabs.