Jew Denfil: 1. Skultura għamla ta’ delfin li sservi ta’ dekorazzjoni, ġen. fuq il-pruwa tal-bastiment.  2. Riffieda. Struttura tal-ġebel li tkun ħierġa ’l barra mill-binja prinċipali b’mod imġenneb u triangolari biex issostni s-saħħa tal-ħajt meta dan ma jkunx stabbli. Eż. ta’ dan naraw diversi kappelli li għandhom denfil iżomm il-ġnub tagħhom, daqqa min-naħa u ġieli miż-żewġ naħat, skont il-ħtieġa.