(pl. djul)   It-tarf tan-naħa t’isfel tad-dublett, jew tal-libsa ta’ taħt tan-nisa. Espr. ‘Dak it-tifel dejjem ma’ djul ommu.’ M.A.V. (1796), fost affarijiet oħra, jispjegaha hekk: ‘estremità di una falda; mezza sottana di tela bianca; guazzarone’. M.A.V. jirriferi wkoll għall-qawl ‘Lix-xitan agħtih biċċa minn dejlek u ibagħtu bih.’ – jiġ. meta xi ħadd ikun qiegħed jiffittak iżżejjed aħjar tagħtih xi ħaġa ħalli tikkuntentah biex teħles minnu.