Jew DAMIĠĠJANA / TRAMIĠĠJANA    Flixkun kbir imżaqqaq tal-ħġieġ, ħafna drabi anki miksi bi spag tat-tibna jew materjal simili. Dan il-kontenitur norm. jinżamm id-dar biex jintuża minn min jipproduċi l-inbid tiegħu. L-inbid jitħalla fid-damiġġjana biex jimmatura sakemm ikun tajjeb għal konsum.  Ing. demijohn, final. mill-Fr. Dame jeanne – x’aktarx rif. għal figura ta’ mara ħoxna.