Tip ta’ berquq li bl-Ingliż hu magħruf bħala Damascus apricot jew royal apricot. Interessanti li fl-ilsien Tork insibu l-espressjoni ‘Aħjar minn kollox hemm il-berquq ta’ Damasku.’ Din l-espressjoni tingħad minkejja li t-Turkija hi l-akbar pajjiż fid-dinja għat-tkabbir tal-berquq. Dan il-fatt għaldaqstant juri kemm hu apprezzat il-berquq tas-Sirja, li tagħha Damasku hi l-kapitali.  DAMASKINA SEWDA   Tip ta’ dielja tal-għeneb magħrufa wkoll bħala ‘Marokkin’.