1. Lewn aħmar li jagħti fl-iswed. Dan l-aġġ. jingħad ukoll biex jiddeskrivi l-intensità skura ta’ kuluri oħra, eż. iswed dagħmi. Fl-istorja Żjara lil Ħabib f’Raħal, Anton Cremona juża dan l-aġġettiv hekk: ‘… librerija wkoll tal-abjad miżbugħa aħmar dagħmi…’ Sors: Ward ta’ Qari Malti (1936), p. 152. Tidher li din kienet kelma li ma tantx kienet tintuża meta l-istorja kienet ġiet ippubblikata, għax l-edituri ħassew li għandhom ifissruha lill-qarrej b’nota żgħira fil-qiegħ tal-paġna. 2. Bniedem imdejjaq għall-aħħar. Bniedem buruż jew magħluq ħafna fih innifsu. DAGĦAM Dallam jew sewwed qalbu. Sorsi oħra: J.A. u E.S.I.