1. Tromba tal-arja jew uragan. Vortiċi ta’ riħ b’qawwa ta’ riefnu li jifforma kolonna li tkaxkar kollox magħha. Is-sajjieda jibżgħu ħafna mid-dagħbien għaliex il-qawwa tiegħu tiġbed magħha l-ilma baħar u hi ta’ periklu għad-dgħajjes tas-sajd. Is-sajjieda kellhom talb speċjali biex jipproteġu ruħhom biex it-tromba tinqata’. It-talb kien jingħad minn taħt l-ilsien biex ħadd ma jisma’ l-kliem ‘sagru-maġiku’.  Kien importanti li t-talba tibqa’ mistura minn ħaddieħor. Darba biss setgħu jlissnu din it-talba lil sħabhom, u dan kien f’lejlet il-Milied. Jeżistu leġġendi u superstizzjonijiet dwar id-dagħbien. 2. Ħofra jew għerien fondi li l-passaġġ tagħhom jintlewa għal ħafna tul. 3. Abbiss. Ħofra kbira fil-blat. Qabb. ma’ DAGĦBA li tfisser rabja u qilla.  Ara: Studies in Maltese Folklore, ta’ Joseph Cassar Pullicino, pp.162-164.