Taħlita ta’ ingredjenti magħmula mill-inbid, għasel u ħwawar, eż. msiemer tal-qronfol u kannella, kollox imsaħħan flimkien. Din ix-xarba kienet issir l-aktar għal min ikun se jiled. Isemmiha A. de S. Oriġ. l-istess xarba kienet tingħata lill-għarusa fil-festin li kien isir fir-rabta taż-żwieġ, jiġ. meta n-namrati jitgħarrsu formalment biex jiżżewġu. It-teħid ta’ din ix-xarba mill-għarusa kien ukoll att simboliku li bih l-għarusa għandha tifhem li minn fommha joħroġ biss kliem ħelu. Sqal. inciminata, jiġ. con cimino – M. kemmun. Ara: Drawwiet u Tradizzjonijiet Maltin, Guido Lanfranco, pp. 44, 64.