Irbit bejn żewgt iħbula tal-istess ħxuna li jsir billi l-kurduni ta’ kull ħabel jinħallu mit-truf u jkunu mmaljati ma’ xulxin biex jagħmlu ħabel wieħed. Meta wieħed jiċċomba ħabel ma’ ieħor ikun qed jorbot ġonta b’bosta kurduni rqaq tal-istess tal-ħbula. Din il-maljatura tgħodd ħafna biex iż-żewġt iħbula jibqgħu b’saħħithom fejn is-soltu għoqda ta’ żewġt iħbula tnaqqas s-saħħa ħbula fil-ġbid b’sittin fil-mija. Aktar minn hekk meta żewġt iħbula ikun ċċumbati u mhux marbutin b’għoqda, dan jippermetti li il-ħabel jgħaddi mill-pastiga jew mit-tarjola għax ma jkunx hemm għoqda ibbuzzata ’l barra. Ing. splicing.  Ċumbatura tista’ tkun ukoll dak l-immaljar tat-tarf tal-ħabel li jkun imdawwar ma’ ħolqa tal-metall – din it-tip ta’ ċumbatura tissejjaħ ‘radanċa’.   Ing. Eye Splicing.