jew ċilqana: (pl. ċlieqen.)  Libsa tal-qoton bħal għonella iżda mingħajr BALENA li kienet tintlibes min-nisa tal-irħula, speċ. minn dawk ta’ Ħaż-Żabbar. Il-lewn taċ-ċulqana kien jagħti fuq l-ikħal b’tikek imdaqqsa ta’ kulur bajdani, jew disinji tal-fjuri. Hu probabbli li l-għonella kien addattament li sar miċ-ċulqana l-għonnella. L-istudjuża Taljana Amy A. Bernardy (1880 – 1959), kienet issostni li ċ-ċulqana ġejja miċ-ċzolkana Għarbija jew mil-cefalkana biżantina. Sqal. cileccu, abito senza maniche. Sors etim.  J.A.. Ara: Studies in Maltese Folklore, ta’ Joseph Cassar Pulliċino, p. 151-152