Stat ta’ mard, meta xi ħadd jieħu riħ u jkollu d-deni qawwi.  Skont M.A.V. (1828) dan hu stat ta’ deni meta wieħed ikun affettwat mit-tetanu. (Ing. locked jaw).  Sqal.  Cimoira,  infermità del cavallo o d’altri annimali.  Riħ li wieħed jista’ jieħu meta dak li jkun joqgħod imperreċ, jiġ. mhux liebes b’mod li jżomm ruħu sħun, jew jintasab bejn żewġt irjieħ. Riħ fl-għadam, bħal rewmatiżmu eċċ. M.A.V. jgħid li din hi marda li taħkem lill-bhejjem meta dawn tiksħilhom rashom. Tal. cimurro – M. il-likwidu li jqattar mill-imnieħer meta wieħed ikollu l-flissjoni. Qawl: Tagħti l-pesta u tieħu ċmajra. – jingħad għal min ikun għamel xi ħaġa ħażina u dak li jkun jirċievi azzjoni ħażina oħra bħala tpattija.   2. TIFEL ĊMAJRA – Tifel imqareb ħafna.