Is. xj. Upogebia affinis.  Tip ta’ gamblu żgħir li jgħix fit-tajn u r-ramel tal-baħar. Dan jinqabad mis-sajjieda biex jużawh bħala lixka għas-sajd ta’ ċertu tip ta’ ħut, bħal-kaħli, eċċ.  Espr: ‘Jagħmel iċ-ċkall’ jiġ. isib u jaqbad iċ-ċkall bil-kopp.  Sqal. cicala di mare. Ing. Mediterranean mud shrimp. Ara: ‘Kif Jagħmlu ċ-ċkal f’Wied il-Għajn’ ta’ Steve Borg,  Folklor ed. Guido Lanfranco.