Kelma oħra għal ‘tonsura’, jiġ. dik il-parti mqaxxra fit-tond tar-ras tal-patrijiet. Ngħidu, ‘Busli ċ-ċirka’, jiġ. busli dik il-parti tar-ras. Biss din tingħad anki b’mod ewf. għall-parti tal-warrani meta wieħed ikun qiegħed juri l-istmerrija lejn ir-rieda jew l-opinjoni ta’ xi ħadd. L-istess bħal meta wieħed jgħid, ‘Ibusli għajni.’ Etim. oriġ. chierica.