Kelma tat-tfal li kienet tintuża b’nofs ċajta f’xi logħba tal-boċċi, żibeġ, eċċ., biex dak li jkun bħal speċi, jgħajjen il-kapaċità fil-logħob ta’ ħaddieħor. Anki l-Isqallin fil-logħob tal-ażżard taħhom jgħidu:  ciriveddu jew ciribiddu meta wieħed irid jisħet ir-risq tal-avversarju. Sqal. Moħħ, fis-sens ta’ kapaċita, jew nuqqas ta’ intellett mentali.