A. de S. iqabbel il-kliem mat-togħma ħelwa taċ-ċirasa, għax fid-‘Djalogi’ li hu kieteb nsibu hekk: ‘El kliem tajeb u hhelu phhal e Cerasi…’ Ara: ‘De Soldanis Dialogues’, Rosabelle Carabott, De Soldanis, An Eighteenth Century Intellectual, p. 110. Hemm qawl ieħor li jgħid: ‘Il-kliem bħaċ-ċirasa, terfa’ waħda, ittella’ qoffa.’ Mela l-metafora tispjega ruħha hekk: kelma ġġib il-oħra, il-kliem iqanqal ħsieb minn ieħor u ma’ dawn, ħsibijiet u kummenti ġodda; għax bħaċ-ċirasa, li kif taqbad waħda magħha mingħajr ma trid jitla’ għanqud sħiħ. Sors: Il-Qawl Iqul, p. 88. Etim. Lat. cerasus li final. tirriferi għal post fit-Turkija, Giresun, minn fejn kienet impurtata għall-ewwel darba din is-siġra tal-frotta li r-Rumani kienu jsejħu cerasum.