ĊIPPUS  Speċi ta’ ġebla jew kolonna (L. stelae). Fil-każ ta’ Malta iċ-Ċippus jirr. partikolarment għal żewġ  candelabra (kolonni żgħar skolpiti u ddekorati) li kienu nstabu tas-Silġ fis-seklu sbatax, u huma relatati mal-perijodu Puniku-Ruman. L-iskrizzjonijiet fuq iż-żewġ ċippi kienu identiċi u kienu miktubin kemm bil-Grieg kif ukoll bil-Puniku, fl-ewwel seklu Q.K. It-test nkiteb bil-Grieg u maqlub għal-Puniku.  L-iskrizzjoni tikkonsisti f’talba lill-alla Feniċju Melkart, miktuba mill-aħwa Abdosir u Osirshamar. Wieħed minn dawn iċ-ċippi kien ingħata bħala rigal mill-Gran Mastru De Rohan lir-Re Luwiġi VI.  Dan iċ-ċippus illum jinsab fil-Mużew tal-Louvre (ara r-ritratt). L-iskrizzjoni fuq iċ-Ċippus għenet ħafna biex tiġi ddeċifrata l-kitba Punika fis-seklu tmintax minn ċertu Barthelemy, lingwist Franċiż.  Ara: ‘The Malta Cippus in the Louvre’, ta’ Carmen Depasquale,   fi Treasures of Malta, No 46, Vol XVI, no 1.