Speċi ta’ żugraga żgħira b’forma poligonali, jew dada b’erba’ naħat u b’zokk għaddej minn nofsha. Fuq il-ġnub tagħha kienu jkunu miktuba xi numri, biex din kienet tintuża fil-logħob ta’ l-ażżard.  Dada li fuq kull naħa jkollha miktuba waħda minn dawn l-ittri jew kliem: T (tutu), M (mezzo), N (nienti) u P (paga). Din id-dada tintefa’ fuq wiċċ ta’ mejda jew art ċatta biex skont in-numru, jew il-kliem li jidher fil-wiċċ tagħha, l-lagħaba jobdu l-istruzzjonijiet. Fost il-logħob li wieħed kien jilgħab biha kien hemm ‘Il-FARABOJ‘. Kien hemm min kien idur bil-pastizzi fit-toroq u jistieden lin-nies jilgħabu l-logħob tal-azzart biċ-ċippitotu biex min jitlgħalu n-numru jirbaħ pastizz. Biż-żmien iċ-ċippitotu sar biss ġugarell tat-tfal. Lat. acipe totum (Eng. the winner takes it all). Tal. Accipitotudado che gira come una trottola.  Sq. cciappituttu. Tal. acchiapa tutto. E. S. I. Ing. Teetotum jew T-totum.