Lazz jew ħżiem li jintlibes madwar il-qadd minn fuq il-ħwejjeġ.  MADONNA  TAĊ-ĊINTURA rif. għat-titlu u l-istatwi tal-Madonna, meqjuma kemm fil-knisja ta’ San Mark (tal-Agostinjani), r-Rabat, kif ukoll fil-knisja parrokkjali tal-Gudja. Iċ-ċintura tissimbolizza l-għajnuna li tagħti l-Madonna.  Skont il-leġġenda, il-Madonna kienet tat iċ-ċintura (jew iċ-ċinglu) lil Santa Monika, omm Santu Wistin, biex issabbarha għax din kienet tinsab fi stat ta’ niket kbir minħabba li binha ma kienx irid jaf bil-fidi Nisranija. Kien fil-festa tal-Madonna taċ-Ċintura, magħrufa wkoll bħala l-Madonna tal-Konsolazzjoni, fit-2 ta’ Settembru tal-1798, li l-Maltin qamu kontra l-Franċiżi.