Il-Piccolo Dizionario (1856) jittraduċi dan in-nom bit-Taljan bħala luminello u bl-Ingliż bħala lamp-float. E.S.I. jgħid li ċ-ċimblor hu dak ix-xaqq fil-ġewżaq tal-lampa minn fejn titla’ u tinżel il-ftila biex din titgħaddas fil-pitrolju. Jgħid ukoll li l-isem japplika wkoll għal ħolqa jew pajp żgħir fejn tinżamm il-ftila li tgħum fiż-żejt, li tinxtegħel fil-musbieħ jew fil-lampa tal-Madonna. J.A. jagħti l-espr. ‘Jaqaw biċ-ċimblor illum?’ – jiġ. bil-burdata ħażina. Etim. Sq. ciumbaloru – M. ċomb. A. de S. u M.A.V. jiktbu din il-kelma bħala cumbalor.