Ħaxixa li tikber fl-Ewropa u fl-Amerika u li tista’ tkun użata bħala sostitut jew inkella addittiv li jagħti togħma itjeb lill-kafé. Is. xj. Chicorium intybusIl-pjanta ġieli tintuża bħala għalf għall-annimaliIng. chicory.  SANTA TAĊ-ĊIKWEJRA    Fi żminijiet ta’ nofs is-seklu għoxrin kien hawn prodott fis-suq fejn iċ-ċikwerja kienet tinbiegħ fil-pakketti ssiġġillati. Ma’ kull pakkett kienet tingħata santa b’xejn biex tħajjar lix-xerrejja jixtru aktar minn dan il-prodott.