Jew Siġġubambin: Logħba sempliċi tat-tfal ta bejn tlieta. Żewġt itfal jaqbdu jdejn xulxin b’mod li l-idejn ta’ wieħed jaħtfu l-polz tal-ieħor u b’hekk jiffurmaw speċi ta’ benniena bejniethom. Imbagħad tifel żgħir jitla’ bilqiegħda fuq idejhom u dawn ibandluh jew imexxuh.