jew kikka: 1. Isem ta’ mara mqassar minn Paċifika jew Franġiska. 2. Idj: Ġabha ċikka jew b’ċikka;  sitwazzjoni meta wieħed ikun iffortunat b’xi ħaġa diffiċli jew ta’ riskju li jkun għamel. Tal. cicca; xi ħaġa mhux importanti u li tirnexxi b’kumbinazzjoni. Sors: J.A. 3.  Jista’ jkun li din il-kelma tfisser ‘imbuttatura’, bħal meta wieħed jizzikka ż-żibeġ ġol-ħofra.  4. Jista’ jkun ukoll li l-kelma ċikka ġejja mill-kelma Tal. cieca (fortuna għamja bħal fil-logħba: mosca cieca).