Taħlita ta’ xema’ u terpentina li ilha tintuża għal mijiet ta’ snin biex biha jissiġillaw dokumenti jew ittri li huma sigrieti jew ta’ importanza. Din ix-xema’ tiddewweb fuq id-dokument milwi u magħluq u mbagħad iċ-ċeralakka tkun immarkata bis-siġill bħala prova li d-dokument ma jkun fetħu ħadd sakemm jasal għand min għandu jasal.