Skont Anton F. Attard, dan kien isem u laqam magħruf ta’ bank tas-self li kien jeżisti fis-seklu dsatax. Dan il-bank kien jinsab fi Strada San Franġisk, il-Furjana. Anki t-triq fejn kien hemm dan il-bank spiċċat imlaqqma ‘t-Triq taċ-Ċawla’. Meta Rosa Pace, sid il-bank, bdiet tissellef il-flus tad-deheb bi mgħax għoli, din falliet. Intant kienet ħarġet taqbila dwar dan l-avveniment: Il-lira sfaret u ċ-ċawla taret!’ Ir-riferenza għall-flus li sfaru hi għal-liri tad-deheb; meta falla l-bank lil Pace tellgħuha l-Qorti iżda ħarġet illiberata u għamlet festa. Ħajr: Anton F. Attard.