XOGĦOL IL-BIDWI:  F’MEJJU tal-1850

XOGĦOL IL-BIDWI: F’MEJJU tal-1850

Ix-xahar tal-Ħsad.

Qegħdin insegwu, xahar b’xahar, il-kitba li dehret fil-“Kalendarju tal-Bidwi” li Soċjeta Agrarja ta’ Malta ħarġet għas-sena 1850.  Għax-xahar ta’ Mejju, l-Kalendarju rrepeta t-tagħrif li kien ta għax-xahar ta’ Mejju tas-sena ta’ qabel. Dan it-tagħrif m’għandniex għala noqgħodu nirrepetuh, għax nistgħu nsibuh HAWN.  Imma mbagħad nistgħu nagħtu ħarsa lejn il-qwiel li L-Kalendarju tana għas-sena 1850, u nitkellmu wkoll fuq l-osservazzjoni li għamel għal dik is-sena, għax din kienet interessanti daqs l-oħra li kien tana x-xahar ta’ qabel. (more…)

XOGĦOL IL-BIDWI:  F’AWWISSU tal-1849

XOGĦOL IL-BIDWI: F’AWWISSU tal-1849

It-tmien xahar tas-sena.

Wasalna biex naraw x’qal il-Kalendarju tal-Bidwi għax-xahar ta’ Awwissu.  Fl-1849 u 1850, għal sentejn fuq xulxin, is-Societa Economico Agraria ta’ Malta ħarġet “Kalendarju tal-Bidwi” li kien miktub paġna bit-Taljan u paġna bil-Malti.  Minbarra x-xogħol li għandu jsir fir-raba’ bagħli u r-raba’ saqwi, għal kull xahar il-kalendarju kellu dik li jsejħilha “Osservazzjoni”, u qegħdin inġibu dik tax-xahar ta’ Awwissu.  Isfelnett żidna l-kummenti tagħna: (more…)

XOGĦOL IL-BIDWI:  F’LULJU tal-1849

XOGĦOL IL-BIDWI: F’LULJU tal-1849

Is-seba’ xahar tas-sena

Did-darba għandna x’qal il-Kalendarju tal-Bidwi għax-xahar ta’ Lulju.  Fl-1849 u 1850, għal sentejn fuq xulxin, is-Societa Economico Agraria ta’ Malta ħarġet “Kalendarju tal-Bidwi” li kien miktub paġna bit-Taljan u paġna bil-Malti.  Minbarra x-xogħol li għandu jsir fir-raba’ bagħli u r-raba’ saqwi, għal kull xahar il-kalendarju kellu dik li jsejħilha “Osservazzjoni”, u qegħdin inġibu dik tax-xahar ta’ Lulju.  Isfelnett żidna l-kummenti tagħna: (more…)

XOGĦOL IL BIDWI: F’APRIL tal-1849

XOGĦOL IL BIDWI: F’APRIL tal-1849

ir-raba’ xahar tas-sena

Fl-1849 u 1850, għal sentejn fuq xulxin, is-Societa Economico Agraria ta’ Malta ħarġet “Kalendarju tal-Bidwi” li kien miktub paġna bit-Taljan u paġna bil-Malti.  Għal kull xahar, il-kalendarju jsemmi x-xogħol li jrid isir fir-raba’, u x’għandu jinżera’ jew jitħawwel. Il-Kalendarju kellu wkoll għal kull xahar dik li jsejħilha “Osservazzjoni”, b’kummenti ħelwin u interessanti li m’għandhomx jitħallew jintilfu. F’dan l-artiklu qed nirriproduċu dak li qal il-Kalendarju għax-xahar ta’ April 1849.  Aktar ‘l isfel hemm ukoll il-kummenti tagħna. (more…)

Aktar Tagħrif mill-Kalendarju tal-Bidwi tal-1849

Aktar Tagħrif mill-Kalendarju tal-Bidwi tal-1849

Xi żmien ilu, bis-saħħa tal-Assistant Segretarju tal-Għaqda, s-Sur Karmenu Pace, ġiet f’idejja pubblikazzjoni maħruġa mis-Società Economico-Agraria del Gruppo di Malta fl-1849.  Kien jisimha Calendario Dell’Agricoltore per l’Anno 1849.  X’aktarx li din ma kenitx l-ewwel darba li s-Società Economico-Agraria ħarget dan il-kalendarju, imma fis-sena 1849, u fis-sena ta’ wara (1850), għall-ewwel darba l-Kalendarju ħareġ b’żewġ lingwi: bit-Taljan u bil-Malti. (more…)