Il-Ħobż Malti II

Il-Ħobż Malti II

L-artiklu fuq il-ĦOBŻ TAL-MALTI li deher f’ilmiklem.com ftit taż-żmien ilu jidher li qanqal ħafna interess.  Dan forsi ġej mill-fatt li fiż-żminijiet li qegħdin ngħixu fihom, huma ħafna dawk il-Maltin u l-Għawdxin li qed jerġgħu jmiddu jdejhom biex jagħġnu l-għaġina u jaħmu l-ħobżhom ġewwa darhom stess.

Qegħdin inġibu silta minn kapitlu itwal li kien deher fit-tieni volum tal-ktieb Qiegħda fil-Ponta ta’ Lsieni, ta’ Ġużi Gatt.  Minn dan il-kapitlu twil, għażilna s-silta ta’ kif il-furnar dari kien jibda iqiegħed il-ħobż waħda waħda fuq il-qiegħa tal-forn, biex il-ħobż jinħema u jsir. (more…)

Il-Ħobż Malti

Il-Ħobż Malti

Bħallissa hawn ħafna minna li qed jaħmu l-ħobż id-dar.  Hawnhekk għandna artiklu ta’ Ġużi Gatt li jagħti dak kollu li hu magħruf fuq kif kien isir il-ħobż tradizzjonali Malti.  Lejn l-aħħar tal-artiklu hemm ukoll stedina biex il-Maltin jerġgħu jaħmu l-ħobż bil-ħmira ta’ Malta, mhux bil-ħmira ta’ barra li tinxtara mill-ħwienet.  L-artiklu hu meħud mit-Tieni Ktieb, Qiegħda fil-ponta ta’ lsiena ta’ Ġużi Gatt. (more…)

It-Trobbija Tan-Naħal (III)

It-Trobbija Tan-Naħal (III)

IL-KAXXA TAN-NAĦAL

Dari n-naħal kien jitrabba fil-qolol. Il-qolla tan-naħal hi bħal ċilindru tal-fuħħar, bla qiegħ, li jidjieq fin-naħa ta’ fuq biex iħalli biss ftuħ żgħir li minnu n-naħal ikun jista’ jidħol u joħroġ. Il-qiegħ kien jingħalaq b’ġebla jew xi ħaġa oħra ċatta. (more…)

It-Trobbija Tan-Naħal (I)

It-Trobbija Tan-Naħal (I)

In-NAĦLA (bee) mhux biss tagħtina l-GĦASEL (honey) u x-XAMA’ TAN-NAĦAL (beeswax), imma wkoll tgħin lill-bidwi fit-TIDKIR (pollination) tal-uċuħ tar-raba’ u tas-siġar. Ħafna fjuri jiddependu fuq xi speċi jew oħra ta’ naħal biex l-GĦABRA TAD-DAKRA (pollen) li jkun hemm fuq l-ANTERI (anthers), jew il-parti maskili ta’ fjura waħda, tittieħed għal fuq l-ISTIGMA (stigma), jew il-parti femminili ta’ fjura oħra. Ħafna siġar tal-frott ma jagħmlux frott bl-abbundanza jekk ma jiddakkrux min-naħal. Fost dawn insemmu s-siġar tal-LEWŻ (almonds), tat-TUFFIEĦ (apple), tal-LANĠAS (pear), tal-GĦAJNBAQAR (plum), tan-NASPLI (medlar) u tal-ĦAWĦ (peach). Fost il-ħxejjex tar-raba’ nsemmu s-SILLA (clover), il-QARA’ AĦMAR (pumpkin) u l-ĠULBIENA (vetch). (more…)

L-Insiġ (III)

L-Insiġ (III)

ID-DAQQAQ TAL-QOTON

Il-qoton il-maħluġ, jiġifieri l-qoton li tnaddaf miż-żerriegħa billi ngħadda minn dik il-magna żgħira ta’ l-injam li tissejjaħ “ħallieġa”, jittieħed għand id-daqqaq biex idoqqu u jagħmlu tajjar. Is-suf tan-nagħaġ trid tinfxu, jiġifieri trid tfettħu bejn is-swaba’ ta’ jdejk biex jitpaħpaħ u jinħall mill-għoqod u jitnaqqa minn xi frak u zkuk li jkun fih. Imma tul il-medda taż-żmien il-bniedem sab li l-qoton ma kienx jaqbillek tinfxu bis-swaba’ ta’ jdejk. Kien jaqbillek li ddoqqu. Biex nifhmu kif dan kien isir, l-aħjar li nispjegaw l-għodda li juża d-daqqaq. Nibdew bil-QAWS.

(more…)

L-Insiġ (II)

L-Insiġ (II)

L-IMĦALLA

Mela s’issa għandna: jew magħżel mimli ħajt tas-suf tan-nagħaġ, jew dussies b’kobba ħajt tat-tajjar imkebba fuqu. X’ikun imiss? Ikun imiss li l-kobba ssir MILWA jew MERILLA (skein). Biex nagħmlu dan għandna bżonn biċċa għodda sempliċissima. Qasba dritta, u ġo fiha żewġ qasbiet oħra żgħar, imdaħħlin kartabun magħha, waħda f’kull tarf. Din jgħidulha l-IMĦALLA (skein winder). (more…)

L-Insiġ (I)

L-Insiġ (I)

L-INSIĠ (weaving) hu s-sengħa ta’ kif tipproduċi d-DRAPP (fabric). Id-drapp hu magħmul minn ħafna ħjut weqfin, li jkunu MSALLBIN (interlaced) ma’ ħafna ħjut mimdudin. Il-ħjut il-weqfin jissejħu l-MEDD (warp) u l-ħjut il-mimdudin jissejħu it-TAGĦMA (weft). (more…)

Għand tal-Laħam

Għand tal-Laħam

Qed inniżżlu xi tagħrif dwar it-tqattigħ tal-laħam li jsir fil-biċċerija u fil-ħwienet tal-laħam f’Malta u Għawdex, u fuq l-ismijiet ta’ dawn il-qatgħat tal-laħam bil-Malti.    Għal dan it-tagħrif jien obbligat ħafna lejn Anthony Camilleri, minn Birżebbuġa, il-President tal-Meat Sellers Association, u Carmelo Dalli ta’ Dalli’s Butcher, San Ġiljan.   (more…)

Il-Fuħħar (I)

Il-Fuħħar (I)

Il-bniedem tgħallem is-SENGĦA TAL-FUĦĦAR (pottery) qabel tgħallem jikteb; jiġifieri s-sengħa tal-fuħħar hi parti mill-Preistorja. il-FUĦĦAR (earthenware) hu magħmul mit-TAFAL (clay) li l-bniedem kien isib bejn is-saffi tal-blat fl-għoljiet u l-widien. Xi darba, eluf ta’ snin ilu, xi ħadd intebaħ li:

(more…)

It-Tjur – Qabil Ir-Rix

It-Tjur – Qabil Ir-Rix

It-TIĠIEĠA (chicken) hi l-iktar importanti fost it-tjur kollha li jrabbi l-bniedem għall-laħam, għall-bajd u għar-rix, u jkun aħjar jekk nibdew biha. Minn kienu l-ewwel nies li bdew irabbu t-tiġieġ għall-qatla? Alla biss jaf! Imma kulħadd jaqbel li n-nisel tat-tiġieġa domestika ġej mill-kontinent ta’ l-Asja. Kitba qadima Ċiniża tgħid li t-tiġieġa ġiet mill-Indja. Fl-Eġittu tal-qedem, l-Eġizzjani ta’ żmien il-Fargħun, mhux biss kienu jrabbu t-tiġieġ, imma talli diġa’ kellhom speċi ta’ inkubaturi, jew fran, apposta biex IFAQQSU l-bajd (to hatch). L-istudjużi jaħsbu li t-tiġieġa li nafu llum tnisslet fil-qedem minn xi waħda, jew minn taħlita ta’ aktar minn waħda minn erba’ razez ta’ tiġieġ slavaġ li kienu jinstabu fin-naħat ta’ l-Indja. Tlieta minn dawn it-tliet razez kienu jixxiebhu, billi t-tlieta kellhom erbatax-il rixa f’denbhom, GĦALLA (comb) bil-pizzi, u żewġ IMSIELET (wattles). Filwaqt li r-raba’ razza kellha sittax-il rixa fid-denb, GĦALLA mingħajr pizzi, u MISLUTA waħda flok tnejn. (more…)

Il-Fniek

Il-Fniek

Il-fenek hu annimal li fl-istat naturali tiegħu kien jinstab biss fin-naħat t’isfel ta’ l-Ewropa u fl-Akrika ta’ Fuq. Il-fniek ġejjin mir-razza tal-firien, imma minflok għandhom żewġ SINNIET (incisors) fuq quddiem, bħal m’għandu l-far, il-fniek għandhom erbgħa. Fix-xedaq ta’ fuq, fuq quddiemnett, il-fenek għandu żewġ sinniet kbar, u tnejn oħra pariġġhom fix-xedaq t’isfel. Dawn l-erba’ sinniet jibqgħu jikbrulu għomru kollu, u għalhekk il-fenek ikollu bżonn igerrem fuq l-iebes biex isinnhom, għax inkella s-snien jibqgħu jikbru u ma jkunx jista’ jiekol sewwa. Dan li għidna jgħodd għall-far ukoll; imma l-fenek, eżatt wara ż-żewġ sinniet ta’ quddiem, ikollu tnejn oħra, ftit iżgħar. Bejn is-snien ta’ quddiem, u d-DRAS (molars), ikun hemm spazju daqsxejn kbir. (more…)

Il-Qtates

Il-Qtates

Ma jidhirx li qatt kienet teżisti xi ċivilta’ fl-istorja tal-bniedem li qatt ma semgħet bil-qattus. Sa minn kmieni ħafna, il-bniedem intebaħ illi li ma kienx għall-qtates li kien irabbi, il-qamħ li jkun ħasad u ħażen fil-matmura biex isibu meta jiġi bżonnu, kien jittiekel kollu mill-ġrieden. L-Eġizzjani tal-qedem kienu jrabbu l-qtates sa minn ħamest elef sena ilu; imma qabilhom kienu jrabbuhom l-Indjani u ċ-Ċiniżi. Jgħidu li l-Feniċi ġarrew il-qtates magħhom fuq l-imriekeb tagħhom u ħaduhom f’ħafna mill-portijiet li żaru. (more…)