ID-DRAWWA TAT-TIĠRIJIET TAD-DGĦAJJES FIL-PORT IL-KBIR (I)

ID-DRAWWA TAT-TIĠRIJIET TAD-DGĦAJJES FIL-PORT IL-KBIR (I)

Din id-drawwa antika jien nipparagunaha ma’ munita – għandha żewġ uċuħ, waħda storika u l-oħra sportiva. Storika, għax l-għeruq tagħha huma magħġunin mal-istorja tal-poplu ta’ waħda mill-bliet marittimi tagħna, l-belt ta’ Senglea (l-Isla), u Sportiva, għax fiha jidħol l-element uman – il-kontestazzjoni għar-rebħ ta’ premju. (more…)

Drawwiet Tradizzjonali fil-Festi Tagħna

Drawwiet Tradizzjonali fil-Festi Tagħna

Dak li Fadal mal-Ħafna li Għeb. 

Kitba ta’ Anton Attard. Dan l-artiklu kien deher oriġinarjament fl-Imnara (2013 Nru 37)

Ir-rabta tagħna l-Maltin mat-twemmin Nisrani tmur lura sekli sħaħ. Dan wassal biex, sa minn żminijiet imbiegħda, il-biċċa l-kbira ta’ ħajjitna tfasslet madwar dak kollu reliġjuż. Iċ-ċelebrazzjonijiet f’ġieħ il-qaddisin protetturi tal-irħula tagħna ma ħallejnihomx għal ġol-knejjes biss. Sehem kbir minnhom ħriġnieh fl-imsieraħ, fil-pjazez u fi triqatna. Il-festi saru l-aktar jiem speċjali tas-sena ta’ kull belt jew raħal. Maż-żmien, ma’ wħud minnhom intrabtu drawwiet partikulari. Xi wħud minn dawn għadhom magħna, iżda ħafna minnhom intesew u saru biss parti mill-folklor tal-Gżejjer tagħna. (more…)

Il-Merħliet fit-Toroq ta’ Ħal Tarxien

Il-Merħliet fit-Toroq ta’ Ħal Tarxien

In-nies tal-Isla jgħidulhom ta’ ĊaĊu. Iż-Żwieten għandhom saqajhom ċatta; waqt li l-Karkariżi għandhom ‘wara’ ċatt. Il-Qriema huma rġiel sa nofsinhar. Rabti u Żebbuġi jagħmlu Lhudi. Fuq kulħadd hemm xi għidut, imma t-Tarxiniżi jintrabtu l-aktar jew mal-ġebel (ta’ ġebla ratba) jew mal-mogħoż (tar-redus). Il-mogħża   ħalliet marka kbira fuq il-wirt tal-poplu Tarxiniż. Tant hu hekk li l-pjanura li hemm bejn Ħal Tarxien u ż-Żejtun hija magħrufa bħala Buleben. Skont l-istudjuż tal-folklor il-Kavallier Rafel Bonnici Calỉ, Ġann Franġisk Abela, missier l-Istorja ta’ Malta, kiteb li l-isem Bu Leben tfisser missier il-ħalib (1).  Min jaf, forsi minħabba li hemm kienu jinġabru mijiet ta’ mogħoż? (more…)

Il-Karnival F’Ħal Tarxien

Il-Karnival F’Ħal Tarxien

Il-karnival kien jinħass fl-iskola primarja. Il-bniet ta’ Ħal Tarxien kienu jmorru l-iskola ta’ Lanzon. Din kienet dar kbira fi Triq Paola. Ħamis qabel il-Karnival il-break iż-żgħir ta’ filgħodu kien wieħed twil. Kull tifla kienet iġġib lunch’ doppju u ħafna u ħafna ħelu. Din il-waqfa itwal mis-soltu kienet issir għaliex il-Ħamis ta’ qabel Ħadd il-Karnival kien ikun Giovedi Grass. (more…)

L-Arblu ta’ Mejju

L-Arblu ta’ Mejju

Waqt li kien għaddej ix-xogħol ta’ tisbiħ u riġenerazzjoni ta’ Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta, inkixfet ħofra u ġebla li l-istoriċI ddikjaraw li kienet il-ħofra li fiha l-Kavallieri fi żmien l-amministrazzjoni tagħhom kienu jużaw għall-arblu ta’ Mejju.  (more…)

Użanzi fil-Knejjes Maltin ta’ Qabel il-Konċilju Vatikan II

Użanzi fil-Knejjes Maltin ta’ Qabel il-Konċilju Vatikan II

Fl-erbgħa ta’ filgħodu l-knejjes kienu jdoqqu tokki tal-qanpiena msejħa l-Paternoster.  Fit-tmienja jdoqqu l-Ave Marija, wara nżul ix-xemx idoqqu l-Ave Marija, u tard filgħaxija jdoqqu tokki msejħa tal-Imwiet.  Nhar ta’ Ħamis filgħaxija tindaqq mota bil-kbir biex tfakkar it-twaqqif tal-Ewkaristija, u nhar ta’ Ġimgħa fit-tlieta ta’ wara nofsinhar jindaqqu tokki biex ifakkru l-mewt ta’ Ġesu għalina.

Kitba ta’ Lorenzo Zahra. L-artiklu deher l-ewwel darba fl-Imnara Nru. 35, 2011. (more…)

Il-Folklor Marbut Mal-Kappella Ta’ Santa Marija Tar-Rokna

Il-Folklor Marbut Mal-Kappella Ta’ Santa Marija Tar-Rokna

Ħal Tarxien hu għani fejn jidħol il-bini. Insibu tempji neolitiċi, vilel, palazzi, knejjes kbar u anke kappelli. L-aktar kappella qadima li għada wieqfa hija dik ta’ Santa Marija. Magħrufa fost it-Tarxiniżi, bħala l-kappella ta’ Santa Marija tar-Rokna. L-oriġini ta’ din il-kappella jmur lura għas-seklu 16. Skont l-istuduż tal-istorja Monsinjur Vinċens Borg kien Zano Azupard (Azzopardi) li bniha. Il-kappella għall-ewwel kienet tħares lejn fetħa li tinsab biswit il-kappella. Wara l-Assedju l-Kbir l-kappella reġgħet inbniet. Din id-darba mill-flus ta’ Dun Ġammari Barbara fl-1688. Matul is-seklu 18, studjuż ieħor, Joseph A. Farrugia, jgħid li l-kappella ġiet irranġata. Il-flus inħarġu mill-isqof Cocco Palmieri, u xi Tarxiniżi l-aktar Ġwanni Dumink Calleja. Mażżmien il-kappella ġiet mogħtija kopla, kampnari u anke faċċata ġdida. (more…)

Drawwiet li Spiċċaw jew Inbidlu

Drawwiet li Spiċċaw jew Inbidlu

Fi tfuliti kien hemm xi drawwiet li llum spiċċaw jew inbidlu skont il-ħsieb tan-nies tal-lum – għax hekk miexja d-dinja…dejjem iddur u aħna nduru magħha.  Dawn id-drawwiet kienu l-aktar ta’ xeħta reliġjuża. (more…)

Il-Quċċija fil-Festa ta’ Santa Luċija Fost Il-Maltin ta’ Tuneż

Il-Quċċija fil-Festa ta’ Santa Luċija Fost Il-Maltin ta’ Tuneż

Id-dizzjunarju ta’ Aquilina jiddeskrivi l-kelma QUĊĊIJA hekk:

Ċerimonja li fiha jqiegħdu basket żgħir mimli qamħ, ġugarelli, u xi ċekċikiet oħra żgħar quddiem tarbija li tkun għadha kemm għalqet sena, u skont l-ewwel oġġett li t-tarbija taqbad f’idha, il-ġenituri jbassru l-karriera li t-tarbija tkun se taqbad meta tikber[1].

Kitba ta’ Ġużi Gatt. L-Artiklu oriġinali deher fl-Imnara Nru. 40, 2016. (more…)

Id-Dwejra u l-inħawi ta’ madwarha

Id-Dwejra u l-inħawi ta’ madwarha

Wara li tajna titwila l-ewwel lejn l-parti l-kbira tax-xatt ta’ Malta, xieraq li nkomplu niflu x-xatt t’Għawdex. Se nkunu qed nitħaddtu dwar id-Dwejra.

Kitba ta’ Alex Camilleri. Dan l-artiklu deher oriġinarjament fl-Imnara Vol 8(2006) Nru. 30. Ix-xbihat meħudin minn Google Maps.

(more…)

Ix-Xtut taż-Żebbuġ, l-Għasri, u l-Għarb

Ix-Xtut taż-Żebbuġ, l-Għasri, u l-Għarb

Fl-artikli ta’ qabel dan kont ktibt dwar ix-xatt tal-gżira ta’ Malta. Din id-darba xtaqt neħodkom lejn l-estrem l-ieħor tal-Gżejjer Maltin, jiġifieri x-xtut miftuħa li mill-majjistral t’Għawdex iħarsu lejn Sqallija. Bħalma se naraw, huma nħawi b’karattru għalihom, magħġun minn taħlita ta’: pożizzjoni ġeografika mwarrba u mikxufa li għadha tinħass sew; pajsaġġ ħelu tal-kampanja bl-għelieqi mtarrġin bejn il-widien u l-għoljiet; u ambjent naturali b’bixra salvaġġa u saħansitra spettakolari, b’sisien għoljin li jaqtgħu ħesrem għal fuq baħar fond u miftuħ beraħ. Ma jistax jonqos li din it-taħlita tnibbet ukoll dettalji storiċi u folkloristiċi, fosthom numru ġmielu ta’ leġġendi u drawwiet lokali bħas-sajd mill-għoli bil-purċellat. It-toponomastika ta’ dawn l-inħawi hija mera ta’ dan kollu, u bħas-soltu se nduruha fid-dettall permezz ta’ mawra li f’dal-każ tibda mid-daħla naturali tax-Xwejni, peress li biex ingħid hekk din tifred ‘il dawn ix-xtut mill-pajsaġġ differenti għal kollox li jitfaċċa lejn il-grigal t’Għawdex.

(more…)

It-Toponomastika ta’ Kemmuna

It-Toponomastika ta’ Kemmuna

Wieħed mill-oqsma tal-kultura Maltija li minn dejjem laqatni huwa t-toponomastika, jiġifieri l-istudju ta’ l-ismijiet tal-postijiet. Għax minbarra li jservi bħala mezz ta’ identifikazzjoni ġeografika, kull isem huwa mgħobbi bl-informazzjoni dwar l-art fejn jinsab, u xi ismijiet qodma iservu wkoll bħala l-aħħar ħażniet ta’ kliem Malti li llum qajla għadu jintuża u li għaldaqstant qed igħib għal dejjem. Tista’ tgħid li kull rokna fil-Gżejjer Maltin għandha isimha, xhieda ta’ l-attenzjoni li missirijietna kienu jagħtu lid-dettalji li kienu jilmħu madwarhom. F’dan l-artiklu xtaqt naqsam magħkom xi tagħrif li ġbart proprju dwar l-iżgħar fost it-tliet gżejjer ewlenin tagħna: Kemmuna. Billi Kemmuna hija magħrufa l-aktar għal xtutha, jixraq li nibdew bi vjaġġ mad-dawra tagħha; nitilqu sewwasew mill-iskoll kbir ta’ Kemmunett, li jinsab biswitha u li wkoll fih it-toponomastika tiegħu.

Kitba ta’ Alex Camilleri. Dan l-artiklu deher oriġinarjament fl-Imnara Vol 8 (2004) Nru 28. Ix-xbihat meħudin minn Google Maps.

(more…)

It-Tberfil

It-Tberfil

Fl-1978, eżatt fl-ewwel ħarġa ta’ L-Imnara, il-pittur Rafel Bonnici Cali kiteb artiklu  fuq kif hu kien spiċċa mdaħħal f’biċċa folklor marbuta mal-ewwel karozzi tal-linja fost dawk li kienu maħdumin Malta. (more…)