Ix-Xafra Tad-Destin

Ix-Xafra Tad-Destin

Grazzi għal ħija l-kbir ġie f’idejja dan ir-rumanz interessanti li qrajt f’kemm trodd salib. L-istorja hi dwar l-Assedju l-Kbir iżda irrakontata minn puntudivista oriġinali – dik ta’ l-abitanti ta’ l-Imdina u l-madwar. Ir-rumanz idaħlek mill-ewwel fl-atmosfera ta’ dawk iż-żminijet, partikularment dik tal-biża’ mis-sibi tal-furbani u l-ħajja mwergħa ta’ missirijietna fuq kollox dawk li kienu jgħixu fil-kampanja – poplu li l-uniku ħarsien tiegħu kienu dawk il-ħitan dgħajfa ta’ dik il-belt qadima u li kien għadu jrid jsib sehmu taħt il-ħakma tal-kavallieri. (more…)

Nies bla Sabar u Stejjer Oħra

Nies bla Sabar u Stejjer Oħra

“….Il-valur ewlieni ta’ l-istejjer, li maż-żmien kellhom ihallu influwenzi kbar fuq il-biċċa l-kbira tan-narraturi li gew wara, jinsab fil-fatt lii Zammit irnexxilu jaqbad b’ħila fotografika (ghax tirripproduċi b’fedelta) u b’intwizzjoni poetika (ghax deffes fir-ritratti n-nifs tas-simpatija u ħadem b’id ġentili) dinja Maltija żghira fl-għabex tagħha.” (more…)

Ġabra ta’ Kliem Malti Mhux Safi – Malti Safi

Ġabra ta’ Kliem Malti Mhux Safi – Malti Safi

 

L-Ilsien Malti jitnissel mill-Għarbi. Jekk din il-ħaġa hawn min iddejqu, b’daqshekk hi mhix se tinbidel, u lanqas mhi se titlaq billi nissellfu u nużaw kliem barrani bl-addoċċ u bla bżonn, jew billi qajla ninqdew bil-għodod morfoloġiċi għat-tiswir tal-kliem meħtieġ għall-oqsma kollha tal-ħajja tal-lum, li fihom ilsienna tant hu għani.

(more…)