It-Tork tat-taraġ

It-Tork tat-taraġ

Din hi taqsima oħra, il-ħames waħda, minn sensiela ta’ kitbiet maħsuba biex il-Maltin u l-Għawdxin jerġgħu jsiru midħla tal-karattri fittizji tal-fantasija li dari kienu jixgħelu l-istħajjil u l-fantasija ta’ niesna. Jekk din hi l-ewwel darba tiegħek li qed taqra l-kitba ta’ dis-sensiela, ikun tajjeb li tfittex u taqra wkoll l-introduzzjoni, li għandek issibha HAWN. Fl-introduzzjoni għamilniha ċara li l-ħsieb tagħna hu li nagħtu biżżejjed tagħrif biex aħna l-Maltin inkunu nistgħu inpenġu x-xbiha  tal-ħafna  karattri tal-fantasija li jeżistu mistoħbija fil-kultura tagħna, b’mod li l-karattri jkunu jingħarfu minn xulxin – bl-istess mod ta’ kif aħna nagħrfu x-xbiha ta’ Father Christmas, Batman, Superman, Xummiemu, u l-bqija.  Bis-saħħa t’hekk, mhux biss it-tagħrif folkloristiku ta’ kull karattru ma jintilifx, imma wkoll dawn il-karattri ma jmutux, u jerġgħu jieħdu l-ħajja biex tistagħna l-kultura Maltija.  Inħossu li hu importanti li x-xogħol jinqara kollu f’daqqa.  Il-karattri li tkellimna fuqhom s’issa tista’ ssibhom HAWN

(more…)

Qiegħda fil-Ponta ta’ Lsieni

Qiegħda fil-Ponta ta’ Lsieni

Ilmiklem.com bi pjaċir kbir iħabbar li Ġużi Gatt, b’mod mill-aktar ġeneruż offra li jaqsam ma’ dan is-sit u għalhekk magħkom ilkoll, ħafna mix-xogħol miġbur fl-ewwel ktieb tiegħu Qiegħda fil-Ponta ta’ Lsieni (L-ewwel Ktieb). Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, naqra naqra, dan is-sit sejjer itella’ l-kapitli li kienu oriġinarjament miġburin f’dan il-ktieb tant importanti  f’kategorija li ser tinħoloq għal tal-apposta u li ser tkunu tistgħu ssibuha fuq ix-xellug tal-paġna tad-dħul. L-ewwel silta intellgħuha għada. (more…)

Mill-Imnara

Mill-Imnara

ilmiklem.com bi pjaċir iħabbar li ingħata permess sabiex jirriproduċi artikli li dehru f’edizzjonijiet passati tal-pubblikazzjoni l-Imnara. Dawn l-artikli huma teżor ta’ tagħrif kulturali, storiku u folkloristiku Malti u ser jingħataw il-prominenza li jixirqilhom f’kategorija li ġiet maħluqa apposta bl-isem “mill-Imnara” li ssibuha fuq ix-xellug tal-faċċata ewlenija ta’ dan is-sit. L-Imnara hija ppubblikata mill-Għaqda tal-Folklor Malti. L-aħħar edizzjonijiet għadkom tistgħu tixtruhom. Inħeġġukom biex tagħmlu dan waqt li għadkom tistgħu ssibuhom għall-bejgħ mhux biss għax huma għajn ta’ tagħrif iżda wkoll sabiex tappoġġjaw lill-Għaqda tal-Folklor Malti li tagħmel tant xogħol ta’ fejda.

Bejn Kliem u Storja

Bejn Kliem u Storja

Ilmiklem.com bi pjaċir iħabbar li Martin Morana, awtur ta’ diversi kotba li jikkonċernaw il-vokabularju Malti, altruwistikament offra li jaqsam ma’ dan is-sit u għalhekk magħkom ilkoll, ħafna mix-xogħol tiegħu. Fil-gimgħat u x-xhur li ġejjin, naqra naqra, dan is-sit sejjer itella’ selezzjoni sostanzjali tal-kontenut li kien oriġinarjament miġbur fil-ktieb jismu Bejn Kliem u Storja f’kategorija maħluqa għal tal-apposta u li tistgħu ssibuha fuq ix-xellug tal-paġna tad-dħul. (more…)