1. Oġġett li jiżżegleg; oġġett bħal tavla tal-injam jew drapp li jintrabat minn nofs, minn x’imkien għoli biżżejjed biex dak li jkun jitla’ fuqu u jitbandal.  Wieħed jista’ wkoll jikkrea ċaqlembuta billi jqiegħed tavla mimduda, bin-nofs tagħha ċċentrat fuq oġġett maqtugħ mill-art.  Tnejn minn nies jistgħu jitbandlu fuqha billi kull wieħed minnhom ipoġġi f’kull tarf tagħha. Iż-żewġ tipi jservu bħala logħob għat-tfal.  2. Fig. moviment ta’ oġġett jew bniedem li jitbandal hu u jiċċaqlaq.  Oriġ. etim. M. ċaqlem / ċeklem (timxi bil-mod) Sqal. butta minn buttare.  Sors etim:  A. de S.  Dan jispjega li din kienet kelma li l-ġenituri kienu jgħidu lit-tfal tagħhom biex iħajruhom joqomsu u jiżfnu. Sors: E.S.I.