1. Din il-frażi tingħad l-iżjed waqt logħba improvizzata u  sempliċi li ssir waqt l-għawm.  Hekk kif it-tfal jinġabru fi grupp biex jaqbżu l-baħar, wieħed minnhom jgħajjat l-isem ta’ xi ħadd minn sħabu biex dan jaqbeż il-baħar warajh.  Hekk kif jitħabbar ismu dan it-tfajjel jkollu, skont ir-regola tal-logħba jaqbeż il-baħar.  Eż. l-ewwel tifel jgħajjat : ’ċama ċama Toni’ u Toni jaqbeż il-baħar, biss Toni jgħajjat isem ta’ xi ħadd ieħor biex dan jagħmel bħalu; jista’ wkoll dak li jkun jgħid, ‘ċama ċama għal dahri’ jew ‘ċama ċama għal rasi’, biex dan it-tifel jordna kif għandu jaqbeż il-baħar dak ta’ warajh.  2.  v. tah ċamata – jiġ. tah tajjira jew twiddiba.   3. Kien iċċamat – rawh ma’ xi ħadd. 4. Ċamawh ma’ kulħadd – kienu qed iwaħħlu fih fil-pubbliku.  Sqal. ciamari.