Tip ta’ lampa tal-pitrolju li tinġarr fl-idejn minn post għal ieħor. Fl-antik, meta ma kinux jeżistu torċijiet tal-idejn li jaħdmu bil-batterija, xi wħud mill-pulizija kienu joħorġu jagħmlu r-ronda tagħhom billejl bil-bumbetta. Il-bumbetta kienet ukoll tintuża mill-bdiewa jew raħħala li jsuqu l-karrettun tagħhom billejl. Tal. bombetta.