Laħam taċ-ċanga msajjar, mgħaffeġ u ppri#ervat f’laned żgħar.  Ing. Bully Beef jew Corned Beef.  Jissejjaħ corned għaliex dan il-laħam magħġun hu priżervat bil-frak tal-melħ. Fis-seklu sbatax dan kien ikel importanti għas-suldati u l-baħrin meta jivvjaġġaw u jkunu stazzjonati waqt il-qadi military tagħhom. Il-bulubif kien ikel ikkunsmat mill-eluf ta’ suldati fi żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija. Il-kelma Bully Beef ġejja mill-Franċiż boeuf bouilli – M. laħam taċ-ċanga mgħolli.