Il-kontenitur, bosta drabi f’għamla ta’ kannol wieqaf u bi platin żgħir madwaru biex titwaqqaf ix-xemgħa mingħajr ma taqa’. Din ix-xemgħa tista’ tinġarr billi wieħed jaqbad il-plattin mill-manku mwaħħal fil-ġenb. Il-funzjoni tal-buġija hi wkoll li tilqa’ ir-ruttam li jdub u jqattar mix-xemgħa. Fil-liturġija l-użu tal-buġija minn xi prelati tal-Knisja, kien privileġġ li kien jingħata l-aktar lill-Monsinjuri tal-Katidrali ta’ Malta u Għawdex, jew lill-provinċjal tal-patrijiet. Fil-purċissjoni wara ċ-ċelebrant li jkollu dan il-privileġġ kien ikun hemm żewġ abbatini wieħed bil-buġija u l-ieħor bil-messal. L-www.etimo.it jgħid li l-kelma oriġinat mill-isem ta’ belt ta’ Biġjaja, post fl-Afrika ta’ Fuq fejn minn dejjem kien hemm produzzjoni kbira tax-xema’. Tal. bugia; Fr. bougie. Sors: Anton F. Attard.