1. Ġellewża kbira li kienet tintuża fil-logħob tal-boċċi meta t-tfal kienu jilgħabu bil-lewż. 2. Nefħa kbira u iebsa daqs boċċa (glandola) li tikber taħt l-abt. Din in-nefħa kienet sintomu ewlieni tal-marda tal-pesta, (għalhekk insejħu l-pesta ‘bubonika’). Ara : PESTA. Espr: Issa għaqqadna il-bubun – dan ifisser li issa wasal il-mument, jew inkella wasal xi ħadd li se jħalli impatt fuq ħaddieħor.  Espr. Dejjaqtli l-bubun.