Sett (partita) brilli jkun jikkonsisti f’disa’ biċċiet, jiġ. injamiet ċilindriċi pjuttost bħal skittles; tmienja l-istess u wieħed ikollu bħal boċċa n-naħa ta’ fuq.  Jitwaqqfu ħdejn xulxin fl-art fuq disinn ta’ maqrut. Il-brilli tal-kantunieri jissejħu ‘qriemeċ’, ta’ bejn il-qriemeċ jissejħu s-‘sekondi’, u tan-nofs jissejjaħ ‘is-sultan’. Il-logħob isir b’boċċa kemxejn kbira tal-injam mill-messa (sinjal miftiehem) u t-tieni darba jsir mill-ħażż fejn tieqaf il-boċċa fl-ewwel tefgħa. Il-punti jintrebħu skont kemm brilli jintlaqtu u jittwaqqgħu mit-tim jew lagħbi. Il-logħba tintrebaħ minn min jgħaqqad il-punti l-ewwel.  Din il-logħba fil-preżent għadek tista’ taraha tintlagħab fl-Għarb, San Lawrenz u Ta’ Kerċem.   Ara:  Il-Ħajja f’Għawdex, ta’ Anton F. Attard,  pp. 14-15.