1. Grupp żgħir ta’ reġimenti jew battaljuni – norm. ta’ 2,000 sa 3,300 suldat, li jkun taħt il-kmand ta’ Brigadier. Il-kmandant bl-akbar rank fil-militar Malti jissejjaħ Brigadier minħabba l-ammont ta’ suldati u battaljuni żgħar li minnhom hi ffurmata l-armata.  2. Għaqda ta’ żgħażagħ bl-uniformi li jkunu mgħallma diversi suġġetti b’ċerta dixxiplina u bid-drill pjuttost militari.  3. Fil-kuntest Malti nsibu wkoll is-Salesian Boys and Girls’ Brigade, għaqda li kienet imwaqqfa fl-1909 fuq l-istil u bażi ta’ prinċipji tal-Boy Scouts, kemxejn wara li dawn tal-aħħar kienu mwaqqfin fir-Renju Unit, fl-1908, kif ukoll il-Brigata Laburista.