Kliem tqil u li ma jinftehimx. Idj: ‘Int ġej bil-brejku?’ – tingħad lil xi ħadd li għandu fehma stramba, jew ikun qed jipprova jdawwar il-kliem. G.P. Badger, kittieb u stampatur Ingliż li għex Malta għal ħabta ta’ 1838-41,  ried jinvestiga r-raġuni għaliex fin-naħat tal-Għarb, Għawdex il-Malti mitkellem mhux biss kien djalettali, iżda kien ukoll jitgħawweġ b’tali mod li s-sillabi tal-kliem kienu jkunu maqluba.  Instab li dawk li kienu jippronunzjaw il-kliem b’dan il-mod x’aktarx kienu xi individwi, u mhux il-kotra tar-raħal.  Eż. tal-kliem bil-Brejku: ‘Immorru jiena u inti ?’  li bill-Brejku tingħad ‘Rumu najji u linki ?’ Qawl: Min jimxi bil-brejku ma jasal imkien. Oriġ. Sq. braicu li ġejja mit-Tal.  ebraico.  Ara:  E.S.I. u L-Ilsien Malti l-Bierah u l-Lum ta’ Mons.  L. Cachia, pp. 57.