Dan hu l-laqam ta’ Vincenzo Borg, wieħed mill-mexxejja tal-Maltin fi żmien l-Imblokk tal-Franċiżi (1798 – 1800). Borg kien kummerċjant tal-qoton minn Birkirkara. Jingħad li kien imlaqqam ‘Brared’ għaliex fost affarijiet oħra kien ibigħ il-brared (pl. ta’ BARRADA).  Fi żmien l-imblokk tal-Franċiżi kellu l-kmand tal-battaljun tal-Għargħur (fejn tal-Balal) f’idejh. Kien iffinanzja b’mod tajjeb il-manteniment tas-suldati waqt is-sentejn li l-Maltin kienu qed jeħduha kontra l-Franċiżi. Bejn l-1801 u l-1804, l-Ingliżi tawh il-kariga ta’ logutenent ta’ Birkirkara u tal-Mosta. Fl-1833 l-Ingliżi onorawh billi ngħata t-titlu ta’ Kavallier tal-Ordni ta’ San Mikiel u ta’ San Ġorġ. Borg miet fl-1837.   Ara:  Art Twelidi ta’ Joseph Galea, pp. 28-29;   Dictionary of Maltese Biographies, ed. Michael J. Schiavone.