1. Ir-rita li fiha tkun miġbura t-tarbija fil-ġuf, u li ġieli titwieled biha. Ing. caul2. Drapp oħxon u b’saħħtu li kien jintlibes biex jipproteġi l-ġellieda mid-daqqiet tas-sejf. Sors: Ward ta’ Qari Malti, 1936, p. 77.   3. Xagħar ħafif ħafna fuq il-wiċċ li ġieli jitwieldu bih it-trabi. Skont l-għajdut folkloristiku, il-borqom iħares lit-tarbija mill-għajn ħażina. Sors: E.S.I. Idj. Kellu l-borqom, xejn ma jinfdu.   BORQMI   Appel. għal dak il-bniedem li ma jista’ għalih ħadd. Għ. burqu – velu. Qabb. mal-Għ. burqa, li jilbsu fost l-oħrajn in-nisa Musulmani, l-aktar dawk Afgani.