(jew Deborina) – Tip ta’ pass meqjus u ħafif, biss mhux mgħaġġel, taż-żwiemel, meta dawn ikunu qed itellqu. Eż. ngħidu, ‘Dak iż-żiemel miexi bid-deborina.’ – jiġ. miexi rasu la ġenba bla għaġla ta’ xejn. Oriġ. Tal. andar di burina espr. Li tintuża aktar b’dan il-mod: burinare una vela – jiġ. L-istat ta’ meta l-qala’ tal-bastiment jinżamm stirat la ġenba, b’mod li r-riħ jaħbat b’angolu ta’ 70 grad, u għaldaqstant id-dgħajsa timxi b’ċerta ħeffa moderata. Sors: Dizionario Portatile – Maltese, Inglese, Italiano, F. Vella (F. Vella, 1843) u E.S.I.