Idj:  Ikrah daqs id-dagħa ta’ Bona –  Paragun ta’ persuna jew oġġett mad-dagħa li wieħed seta’ jisma’ f’Bona. Bona kien l-isem antik ta’ Abbana, port ewlieni fl-Alġerija.  Fis-seklu dsatax kienu emigraw eluf ta’ Maltin lejn l-Afrika ta’ Fuq biex isibu x-xogħol. Fl-1842 fl-Alġerija kien hemm mal-5,000 emigrant, li sal-1865 saru 10,000,  u li wara żdiedu anke sal-14,000-il elf, imqassmin f’komunitajiet imdaqqsa f’diversi bliet fl-Alġerija. Fost il-komunitajiet kien hemm dik ta’ Bona. Fis-seklu dsatax kien isir ħafna kummerċ bejn Malta u Bona. L-idjoma x’aktarx tikxef kemm jispikka d-dagħa Malti meta wieħed jisimgħu barra pajjiżu. Ara: The Great Exodus ta’ Lawrence E. Attard, P.E.G. Ltd, 1989; www.maltamigration.com;  Studies in Maltese Folkore ta’ Joseph Cassar Pullicino p. 73.