1. Fuq il-jott dan hu l-arblu l-mimdud li jżomm id-drapp tal-qala’ stirat ’l isfel u fit-tul. Il-boma tiċċaqlaq skont il-firxa tal-qala’ kif jiddireġih it-tmunir. Ing. Boom2. Fil-Birgu, il-boma tirriferi wkoll għall-arblu li miegħu jittellgħu l-istatwi taż-żewġ qaddisin ta’ din il-belt, jiġ., San Lawrenz u San Duminku. Arblu, msejjaħ ‘Il-boma’ jintrabat mal-Kavalier ta’ San Ġwann, biex jintuża bħala grabja; din hi speċi ta’ grabja b’arblu wieħed, ħiereġ minn mas-sur.  Dan ikun miżmum bi ħbula stirati minn kull ġenb u minn fuq, biex l-istatwa meta tittella’ mill-boma tkun immanuvrata tajjeb. 3. Bastun tal-kultellazzi.