Prodott, magħmul mill-ultramarin sintetiku u l-bikarbonat tas-soda. L-użu ta’ dan l-oġġett tal-ħasil kien komuni ħafna min-nofs is-seklu dsatax sa nofs is-seklu għoxrin. Għall-ewwel dan kien prodott esportat fi kwantitajiet kbar mill-Ingilterra lejn l-Amerika. Fl-Amerika prodott simili beda jkun maħdum u esportat mad-dinja kollha, kemm bħala trab kif ukoll bħala kubu żgħir kaħlani, 2 x 2 ċm. Dan jintuża l-aktar biex jinħaslu l-ħwejjeġ bojod meta dawn jitlaħalħu. Il-ħassiela kienu jkebbu l-kubu f’ċarruta u jitfgħuh fl-ilma biex it-trab jinħall u jitħallat mal-ħwejjeġ, ħalli jneħħi dik il-kwalità ta’ kulur safrani u b’hekk l-abjad jidher aktar bajdani. Raġuni oħra għalfejn it-trab tal-bluna jintuża hi biex jipproduċi linka b’kulur blu sabiħ. Tintuża wkoll maż-żebgħa bajdanija tax-xagħar biex dan jidher aktar bajdani. Minn meta fil-ħasil beda jintuża l-bleach, il-bluna bil-mod il-mod inqatgħet mill-użu tagħha.