Xemgħa twila u ħoxna magħmula mill-għasel pur, twila aktar mis-soltu li titqiegħed fuq gandlier fuq il-preżbiterju mill-Għid il-Kbir sal-festa ta’ Lapsi. Tintuħa wkoll fir-rit tal-magħmudija. Il-blandun jirrappreżenta lil Kristu rxoxt wara l-mewt Tiegħu, għax wara l-qawmien sar Hu d-dawl tad-dinja. Miegħu jitwaħħlu bħal ħames ġandriet jew żerriegħa li jfissur l-ħames ħwawar li bihom indilek il-ġisem ta’ Kristu qabel id-difna. Il-blandun ikun dekorat bi tpinġija tas-salib u fuqu hemm l-ittri Griegi, A għal Alfa (il-bidu) u O għal Omega (t-tmiem),  li jfissru l-bidu u t-tmiem tal-bniedem. Idj: ‘Qisu blandun’ – tingħad għal xi raġel twil u sabiħ. Ing. Paschal Candle li ġejja mil-Lhudi Pexaw.