Qoffa tal-qasab bil-għalaq, żgħira, tawwalija bħal-ċilindru u ta’ kobor li jvarja. Fiha jinġarr frott bħalma hu t-tut, iċ-ċawsli u l-frawli. Dan it-tip ta’ frott hu artab u għalhekk kien jinġarr f’qofof żgħar biex it-toqol tiegħu stess ma jgħaffeġx il-frott ta’ taħt. Bixkilla żgħira tesa’ daqs tliet tużżani bajd. Fil-fatt din il-kelma ħafna drabi tirriferi wkoll għall-qoffa żgħira tal-bejjiegħa tal-bajd. Qawl: Min jagħmel b’bixkilla jagħmel b’qartalla – tfisser li min hu kapaċi jħawwad bil-ftit jaf ukoll iħawwad bil-kbir. Fig. v. bixkel – jiġ. ħawwad xi ħaġa minn taħt – ikkomplika l-affarijiet bħal meta bixkel xi qoffa tal-qasab. Sqal. Fixkilla. Lat. fiscella. v. bixjek/bexkel:  għamel qfief tal-qasab