1. Idj:  ‘Llum donnu qam bil-bijambò’ – jiġ. l-persuna inkwistjoni qamet bil-buli; burdata ħażina. 2. Strument żgħir tal-ħalq li għadu jintuża l-aktar mid-daqqaqa folkloristiċi Sqallin. Bl-Isqalli dan l-istrument hu magħruf bħala scacciapensieri jew maranzano. Dan jindaqq billi jinżamm max-xuftejn bejn is-swaba, waqt li b’saba’ wieħed jintgħafas il-fildiferru li jkun imwaħħal mal-qaws ċkejken tal-metall. L-oriġ. tal-biambò jidher li ġej mill-Asja, u hu strument magħruf sew fit-Turkija. Biss, hu magħruf ukoll mill-Ispanjoli, u fil-fatt l-isem Malti jidher li ġej minn hemm, għax fi Spanja dan jissejjah bħala Birimbao jew Berimbao. Ing. Jews’ harp. L-etim. Ing. hi inċerta, biss jidher li l-kelma Jews hi korruzzjoni tal-kelma jaws, għal mod kif jindaqq l-istrument. 3. Anki fil-Brażil il-kelma berimbao tirriferi għal strument tal-mużika li jagħmel ħoss simili, biss fis-sura tiegħu hu strumment differenti għal kollox għax  dan hu qisu qaws twil. Mal-qaws tintrabat min-naħa għall-oħra korda rqieqa tal-metall li tinġibed bħal korda ta’ vjolin. F’tarf ta’ dan il-qaws titwaħħal qargħa niexfa. Din il-qargħa tgħin biex iġġiegħel il-ħoss tal-korda jitqawwa.