Id-daħla li tagħti għall-Imdina min-naħa ta’ isfel, jiġ. min-naħa tal-Punent, magħrufa wkoll bħala Bieb il-Griegi. Din id-daħla, bħall-oħra prinċipali, hi mibnija fi stil Barokk. Għadu sal-lum mhux ċert għaliex dan il-bieb jissejjaħ hekk. Dan jagħti wieħed x’jifhem illi hawn kien hawn xi komunità jew familja Griega tgħix qrib sew ta’ din id-daħla. E.S.I., fit-tifsira tiegħu ta’ ‘Għarreqin’, jgħid li dan kien appel. li l-Maltin kienu mdorrija jsejħu bih lill-Griegi inġenerali, bħala nies xiżmatiċi. ‘Għarrieqi’ tirriferi għal xi ħadd li juża l-lampik, jiġ. xi ħadd li jgħerreq bil-fwar l-essenza mill-fjuri jew pjanti. Tifsira oħra tal-kelma ‘għarrieqi’ hi rif. għal ambjent fejn faċli jimtela bl-ilma, jiġ. li jgħarraq.